Il-Korea ta’ Fuq komunista qalet li r-relazzjonijiet mal-Istati Uniti ‘għandhom jiżviluppaw bl-aħjar mod u b’ritmu mgħaġġel’ li kieku l-Gvern Amerikan jirreaġġixxi ‘b’azzjonijit prattiċi u miżuri ta’ fiduċja’ għall-isforzi min-naħa tal-Pyongyang lejn id-denuklearizzazzjoni.
L-Ambaxxatur tal-Korea ta’ Fuq għan-Nazzjonijiet Uniti (f’Ġinevra), Han Tae Song, qal lill-Konferenza tad-Diżarm, li hi sponsorjata min-NU, li pajjiżu għandu jkompli jaħdem lejn ‘sistema ta’ paċi permanenti fil-peniżola Koreana’.
Hu kompla li s-summit storiku ta’ Ġunju bejn il-Mexxej Korean komunista, Kim Jong-un u l-President Amerikan, Donald Trump, ‘biddel b’mod drammatiku r-relazzjonijiet ostili bejn il-pajjiżi’ minbarra li kontribwixxa għall-impenji b’risq il-paċi u s-sigurtà fil-peniżola ( Koreana) maqsuma’. Intant, Han qal li ma kellu l-ebda informazzjoni dwar it-tieni summit bejn Kim u Trump li mistenni għall-aħħar ta’ Frar.
Fl-istess ħin, il-Korea t’Isfel qed tistenna li l-Korea ta’ Fuq tagħti l-wiegħdiet konkreti lejn it-trażżin tal-programm nukleari tagħha u li jippermettu għal spezzjonijet internazzjonali biex jikkonfermaw il-proċess. It-tamiet huma li l-wiegħdi jkunu ‘formalizzati’ ladarba ssir it-tieni laqgħa bejn il-Mexxejja tal-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq.
//= $special ?>

