Lokali

Inċident ieħor bejn mutur u karozza

Għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura.

Meta marru fuq il-post il-Pulizija tad-Distrett li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Piaggio X7
misjuq minn raġel Taljan ta’ 28 sena residenti l-Fgura u vettura tat-tip Suzuki Alto
misjuqa minn raġel ta’ 76 residenti Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassistu lis-sewwieq tal-mutur. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.