Ewropa Lokali

KORRUZZJONI KKONFERMATA: Il-Gvern jkompli jniżżel lil Malta ‘l isfel

Il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, u l-Estonja jinsabu f'livell aħjar minn Malta

Il-livell enormi ta’ korruzzjoni laħaq punt bla preċedent tant li issa pajjiżna niżel ħames postijiet fl-Indiċi tal-Korruzzjoni.

Skont l-aħħar rapport ta’ Transparency International Malta nizlet għall-51 post f’dik li hi preċezzjoni ta’ korruzzjoni f’pajjiżna. Dan ir-rapport juri kif Malta, li fl-2004 ġiet kklassifikata fil-25 post, issa niżlet 29 pozizzjoni.

Ir-riżultat f’dan l-indiċi jpoġġi lill-Gvern Malti taħt il-medja tal-pajjiżi Ewropej. Pajjiżi li kisbu riżultat aħjar minn Malta jinklud l-Botswana u r-Rwanda.

Ir-rapport jgħid li l-falliment kontinwu ta’ pajjiżi milli jikkontrollaw il-korruzjoni b’mod sinnifikanti qed iwassal għal kriżi dinjija fid-demokrazija.

Fl-aħħar snin, pajjiżna kien mifni b’każi ta’ allegazzjonijet kbar ta’ korruzzjoni massiċċa f’kull qasam.

Mill-proġett tal-powerstation tal-gass, li kien suġġett ta’ kritika qawwija saħansitra mill-Awditur Ġenerali, għall-kuntratt tal-bejgħ ta’ tlett sptartijiet tal-poplu, għall-Panamam Papers u 17 Black.

Wieħed ma jistax jinsa lanqas ir-rapport iebes tal-Kummissjoni Venezja li ftit xhur ilu elenka numru ta’ nuqqasijiet f’diversi aspetti minn naħa tal-Gvern ta’ Muscat.

Ir-rapport tkellem ukoll dwar il-poteri mifruxa li għandu l-Avuktar Ġenerali u li jista’ joħloq kunflitt, kif ukoll irrakkomanda li l-Kummissajru tal-Pulizija jkun magħżul wara sejħa pubblika.