Lokali Parlament

M’għandhiex tkun ripetuta is-sitwazzjoni li hemm f’Monte Carmeli

– Stephen Spiteri, PN

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li jeħtieġ li l-pajjiż ma jgħaddix mill-istess sitwazzjoni li għaddej minnha l-Isptar Monte Carmeli u jsiru l-investimenti meħtieġa fl-infermiera u oqsmarelatati.

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri tkellem dwar l-influwenza, inkluż Swine Flu u qal li l-Oppożizzjoni se taħdem mal-gvern biex isiru l-prekawzjonijiet kollha biex il-każi jkunu trattati bl-aħjar mod possibbli. Hu wera solidarjetà mal-familji li għaddejjin minn diffikultajiet ta’ meningite fl-isptarijiet Maltin liema każi ma kinux relatati ma’ xulxin. M’għandux ikun hawn allarm dwar epidemija għalkemm jeħtieġ jiżdiedu l-prekawzjonijiet biex ikunu evitati l-imwiet.

Stephen Spiteri qal li s-settur tas-saħħa ngħata bla ħlas għalkemm hu ta’ piż enomri u ta’ miljuni biex is-servizz ikun effettiv. Dawn is-servizzi għanhdom ikunu immirati għal min l-aktar li għandu bżonn. Ekonomija b’saħħitha għandha tirrifletti dawn l-oqsma li għandhom ikomplu jissaħħu. Qed ikun diskrepanza f’min qed jinqeda l-aħjar, sostna Stephen Spiteri, li semma’ l-appuntamenti fl-out-patients.

Biż-żieda ta’ persuni li qed jgħixu iktar u bil-mard il-ġdid u t-trattament ġdid żviluppat, l-isfidi qed joħolqu iktar pressjoni fuq l-outpatients.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm serviziz li jistgħu jingħataw fil-kliniċi minflok l-isptar u sostna li l-prijorità għandha tingħata lil min għandu verament bżonn. Hu qal li fl-out-patients għandu jkun hemm l-infermiera adegwati biex jaħdmu fis-settur għaliex fil-pajjiż hawn nquqas kbir ta’ infermiera. Dan minħabba l-iżvilupp kbir fis-settur tas-saħħa inkluż fil-ftuħ tal-hub mediku f’Raħal Ġdid. Jeħtieġ li l-pajjiż ma jgħaddix mill-istess sitwazzjoni li għaddej minnha l-Isptar Monte Carmeli.