Lokali

Raġel minn Ħal Tarxien isofri ġrieħi gravi

Dalgħodu għall-ħabta tan-nofs siegħa ssejjħu l-pulizija fi Triq il-Ħaddiem il-Marsa hekk kif kien seħħ inċident tat-traffiku.

Jidher li raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Tarxien, u li kien qed isuq mutur tat-tip Kymco Venox kellu impatt ma’ vettura oħra li telqet minn fuq il-post.

Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lir-raġel li ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet dwar il-każ.