Lokali

Tfajla ta’ 18-il sena feruta gravi f’ħabta

Arkivji

Tfajla ta’ 18-il sena mill-Ħamrun weġġgħet gravi meta l-lejl li għadda kienet passiġġiera f’karozza involuta f’ħabta kerha.

Il-każ seħħ fi Triq il-Balal in-Naxxar, ftit minuti wara nofsillejl.

Fl-inċident kienu involuti Peugeot Partner misjuq minn raġel ta’ 20 sena minn San Ġwann u vettura Toyota misjuqa minn raġel ta’ 20 sena mill-Fgura, li miegħu kellu it-tfajla.

Hi ittieħdet immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn qed tingħata l-kura.