Ewropa Internazzjonali

Theresa May se titlob lill-UE biex jerġgħu jinfetħu n-negozjati

Ftit tal-ħin ilu, fil-Parlament Ingliż, il-Prim Ministru Theresa May ħabbret li se tkun qed titlob lill-Parlament Ewropew sabiex jerġgħu jinfetħu t-taħditiet dwar il-ftehim tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

Dan minkejja li Brussell diġa avżaw lil May li dan mhuwiex possibbli.

May qalet li se tagħmel minn kollox biex jerġgħu isiru taħditiet ġodda. Dan hekk kif fis-sigħat li ġejjin mistennija jittieħdu diversi voti importanti propju dwar il-ħruġ tal-Ingilterra mill-bloc Ewropew.

Theresa May ilbieraħ affaċjat serje ta’ voti fil-House of Commons, bil-Partit Laburista determinat li jimblokka x-xenarju ta’ ‘no deal’.