Il-ħarġa tal-lum tal-gazzetta MaltaToday irrappurtat li t-tabib George Vella se jkun il-President il-ġdid ta’ pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin. Ir-rapport fil-MaltaToday isegwi rapporti simili li ħarġu mill-Malta Independent u mix-Xandir Nazzjonali aktar kmieni dan ix-xahar.
Jekk dan hu l-każ, il-Prim Ministru Joseph Muscat ikun injora għal kollox it-talba għal sinjal ta’ għaqda li għamel il-Kap tal-PN Adrian Delia – sinjal li kellu jiġi billi jinħatar President li ma jkunx ġej mill-kamp Laburista.
Dan is-sinjal kien ingħata mill-aħħar Gvern Nazzjonalista, immexxi minn Lawrence Gonzi, meta kien inħatar George Abela bħala President. Fil-każ tal-President attwali Marie Louise Coleiro Preca, l-Oppożizzjoni immexxija minn Simon Busuttil kienet ivvutat favur in-nomina tagħha.
//= $special ?>