Il-programm ‘Sorsi Infurmati’ tal-lejla se jlaqqana’ ma’ omm oħra mbikkma li għandha lil xi ħadd fil-Ħabs ta’ Kordin.
Din l-omm se tiżvela aktar fatti xokkanti dwar dak li qed jiġri fl-istess Ħabs ta’ Kordin fejn it-Tmexxija qed tagħmel dak kollu li tista’ biex tostor il-verità ta’ kif priġunieri qed ikunu stmati b’mod xejn dinjituż.
Priġunieri jitħallew jittalbu għall-kura jew l-attenzjoni waqt li huma morda; ċelel kollhom umdità u kesħa tremenda; priġunieri li spiċċaw biex itteħdulhom il-kutri u ċerti flokkijiet; ġrieden, wirdien u toilets imfawra.
…Armi fil-kurriduri, Gwardjani jipprovokaw lill-priġunieri…
Barra minhekk illejla wkoll ‘Sorsi Infurmati’ jkompli jiżvela aktar dwar il-Bank Ċentrali li sa issa għadu ma ċaħad xejn minn dak kollu żvelat… inkluż kif fil-party tal-Milied tkanta għal aktar minn darba l-innu “Viva l-Labour. Viva l-Labour”.
Barra minhekk niżvelaw storja oħra mill-aktar interessanti…
‘Sorsi Infurmati’ llejla fid-9 p.m. fuq NetTV.
//= $special ?>