Lokali

Il-korruzzjoni ttappan ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna

Carl Dolan

Skont id-Direttur fl-Uffiċċju ta’ Transparency International fi Brussell, Carl Dolan, ir-raġuni ewlenija li waslet biex Malta tinżel fil-klassifika ta’ indiċi dwar il-korruzzjoni u l-perċezzjoni kienet in-nuqqas ta’ azzjoni mill-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna fil-konfront tal-korruzzjoni – fi kliem qasir, id-Direttur ta’ Transperancy International igib fix-xejn l-argumenti tal-Gvern u tal-PM Muscat, li wahhal fl-ngo’s ghal din is-sitwazzjoni rekord.

Dolan spjega kif jinsabu mħassba dwar in-nuqqas ta’ azzjoni li qed tittieħed mill-awtoritajiet Maltin rigward l-iskandli li kixfet il-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia, fosthom il-Panama Papers u l-iskandlu ta’ Pilatus Bank.

Skont l-aħħar rapport ta’ Transparency International Malta nizlet għall-51 post f’dik li hi preċezzjoni ta’ korruzzjoni f’pajjiżna. Dan ir-rapport juri kif pajjjiżna, li fl-2004 ġie kklassifikat fil-25 post, issa nizel 26 pożizzjoni. Ir-riżultat f’dan l-indiċi ipoġġi lill-Gvern Malti taħt il-medja tal-pajjiżi Ewropej …u huwa l-agħar riżultat fil-15-il sena li ilu jsir dan l-indiċi – rekord ghall-Gvern ta’ Muscat.

Dolan saħaq li l-Prim Ministru Malti Joseph Muscat għandu wisq poteri f’idejh, u f’pajjiż Demokratiku dan qatt m’għandu jiġi tollerat. Huwa qal li f’pajjiżna hemm bżonn ta’ aktar istituzzjonijiet u mezzi tax-xandir b’saħħithom.

Id-Direttur fl-Uffiċċju ta’ Transparency International fi Brussell sostna li Malta ghandha tagħti każ il-punti li tqajmu mill-Kummizzjoni Venezja f’rappost li sar f’Diċembru li għadda. Ir-rapport kien elenka numru ta’ nuqqasijiet f’diversi aspetti minn naħa tal-Gvern ta’ Muscat.

Fost l-aktar kazi serji li jibqghu jissemmew hemm id-deal tal-Vitals fejn ghaddew miljuni li hafna ghadhom jistaqsu fejn marru, kif ukoll l-iskandlu 17 Black.

U fi zvilupp iehor… il-PN sostna illi l-fatt li kumitat importanti tal-Parlament Ewropew  se jkun qed jistħarreġ il-kumpanija sigrieta 17 Black hija ta’ tħassib serjissimu għar-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Fl-istqarrija mibghuta mid-deputat David Stellini….jinghad illi għal darb’oħra l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri qed jerġgħu iħammru wiċċ pajjiżna bl-istrutturi ta’ kumpaniji sigrieti li kienu fetħu fil-Panama.