Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ llum u b’mod unanimu ddikjara l-fiduċja u l-appoġġ tiegħu lill-Kap tal-partit Adrian Delia filwaqt li kkundanna bl-aktar mod kategoriku l-attakki kkordinati u malizzjużi li saru fil-konfront tiegħu u kontra l-partit.
Din id-dikjarazzjoni tasal wara li ftit tal jiem ilu l-Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista wkoll iddikjara l-appoġġ u l-fiduċja tiegħu lil Adrian Delia. Ma’ dawn jingħaqdu wkoll il-maġġoranza tal-Kumitati li wkoll sostnew l-appoġġ sħiħ tagħhom lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>