L-għada li Transparency International poġġiet lil Malta wara pajjiżi bħall-Bhutan u Rwanda fil-perċezzjoni tal-korruzzjoni, il-Ministru tal-Ekonomija Edward Scicluna ammetta li dan qed iħalli impatt negattiv.
Madankollu, għal iktar minn darba, il-Ministru farfar mir-responsabbiltà u minflok waħħal fl-għaqdiet mhux governattivi, fost oħrajn, għal dan ir-rizultat negattiv.
Fl-istess waqt li jgħid li r-rapport hu bbażat fuq xnigħat, jammetti li f’pajjiżna għandna l-ħasil tal-flus; wieħed mill-indikaturi li jikkalkula Transparency International.
Il-Ministru Scicluna saħansitra pprova jiġġustifika li l-Gvern Laburista dam biex jieħu azzjoni quddiem skandli serjissimi….għalkemm jammetti li Pilatus mhux l-uniku bank f’pajjiżna li qed jaffaċċja allegazzjonijiet ta’ din ix-xorta.
Mistoqsi jekk pajjiżna għandux biss allegazzjonijeit fil-konfront tiegħu, dan hu l-mod kif weġibna l-Ministru.
Il-Ministru Edward Scicluna għadda dawn il-kummenti mumenti biss wara li f’konferenza tal-aħbarijiet ftaħar kemm għandna krejnijiet madwar pajjiżna.
//= $special ?>

