Lokali

Malta se tieħu numru ta’ immigranti mis-Sea Watch

Skont il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte – se jkunu sebgħa l-pajjiżi li se jieħdu numru mis-47 immigrant abbord il-bastiment tas-salvataġġ Sea-Watch 3. Dawn huma l-Italja, Malta, il-Ġermanja, Franza, il-Portugall, ir-Rumanija u l-Lussemburgu.

Filfatt fis-sigħat li ġejjin mistennija jibdew l-operazzjonijiet ta’ nżul ta’ dawn l-immigranti minn fuq is-Sea Watch f’dawn is-seba’ pajjiżi.

Dalgħodu l-Gvern Taljan ħabbar li kien qed jistenna l-formalizzazzjoni tal-ftehim mal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea u b’hekk is-sitwazzjoni setgħet tiġi risolta.