Lokali Parlament

Malta viċin il-kategorija ta’ pajjiżi b’demokrazija mhedda minħabba l-korruzzjoni

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Malta qed tkun kategorizzata internazzjonalment viċin pajjiżi li għandhom demorkazija mhedda propju minħabba l-korruzzjoni.

Fil-parlament Adrian Delia qal li l-pjan tal-gvner mhux fit-tul iżda jinidirizza inizjattivi bla persepettiva fit-tul. Hemm min qed jipprevedi li l-ekonomija dinjija tibda tnaqqas u għalhekk l-Oppożizzjoni qed tiskrutinizza jekk il-pajjiż hux attrezzat biżżejjed għal din is-sitwazzjoni.

Hu kompla li s-sorsi prinċipali tas-surplus huma t-taxxi u l-IIP li minnha l-gvern daħħal €700 miljun. Dan il-gvern kellu l-prvileġġ jew l-abbiltà li juża l-fondi Ewropej fl-ammont ta’ €1000 miljun li kienu maħsuba għall-pro;ettikapitali. Jekk ikun hemm tnaqqir fil-klima ekonomija interrnazzjonali dawn is-sorsi li minnufih jibdew jonqsu. Hemm ukoll il-fatt li jidher ċar li l-gvern mhux se jikseb dak li kiseb Gvern Nazzjonalista mill-UE. Dan se jiddetermina dak li se jiffaċċja l-gvern fil-pjani tiegħu.

It-tkattir tal-ekonomija bażat uq l-ekonomija mhix deċiżjoni korretta għaliex dan ikollu effett negattiv fuq it-totalità tal-GDP li hu bbażat fuq il-konsum.

Dwar in-nefqa, Adrain Delia qal li l-akbar nefqa hi infrastrutturali iżda ma kienx hemm pjan ta’ twessigħ tan-network tat-toroq iżda biex jitwessgħu biss partjiet u jitranġaw bosta toroq oħra. Il-Gvern mhux jara l-esiġenzi li qed ikun hemm bżonn propju minħabba l-volum tal-karozzi. L-akbar nefqa kienet waħda ta’ spejjeż rikorrenti li qed jintuażw biex iżommu l-pajjiż għaddej.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni semma’ l-kostruzzjoni u l-iżvilupp u tratta l-każ tal-iskandlu ta’ Paceville u tal-Corinthia fejn il-proġetti qed isiru qabel ikun lest il-master plan. Il-proġetti mhux isiru fl-interess nazzjonali iżda qed isiru f’interess li l-gvern jidher li għandu biex jaġevola lill-ftit.

Adrin Delia qal li l-Oppożizzjoni temmen fit-turiżmu fil-pajjiż u fl-intrapriża Maltija fis-settur biex jogħla l-livell tal-ħames stilel iżda l-gvern m’għandux jiddisponi minn art tal-Maltin u din tingħata donazzjoni lill-privat. Dan mhux permessibbli u hu serqa mill-bwiet tal-Maltin.

Adrian Delia semma’ d-diversi problemi soċjali li hawn fil-pajjiż fejn il-familji għandhom bżonn l-għajnuna u tratta l-mod kif il-gvern ta l-art b’xejn lill-AUM fiż-Żonqor. Dan ma kien xejn ħlief investiment ta’ art mogħtija lil xi ħadd biex isir qligħ ta’ propjetà. Adrian Delia tratta l-Crane Currency u qal li daqt se jsiru diversi mistoqsijiet dwar kif ingħatat l-art u min kienu dawk involuti biex ħadu l-offerti u għamlu l-qligħ minn proġett li minnu setgħu bbenefikaw ħafna ersuna.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar il-korruzzjoni u qal li għall-ewwel darba minn kemm ilhom isiru l-analiżi minn Transparency International, Malta tinsab fil-51 post; l-agħar post fil-korruzzjoni li qatt kien fih il-pajjiż Dan hu ċ-ċertifikat ta’ dan il-gvern. Malta tinsab wara l-Brunej, l-Irwanda u l-Brunej fejn hemm gvernijiet militari. Malta tinsab 15-il punt inqas mill-medja tal-pajjiżi kollha fl-Ewropa. Malta tinsab fil-kategorija ta’ dawk li qed jagħmlu passi lura fil-korruzzjoni fejn il-gvern jippermetti li l-korruzzjoni tiżdied.

Mhux aċċettabbli l-Prim Ministru jgħid li ma jimpurtax li għalqu l-kumpaniji ż-żgħar għax dan hu gvern favur in-negozji l-kbar waqt li l-PN hu favur in-negozji kollha. Hu tkellem dwar in-nuqqas ta’ ġustizzja u qal li l-gvern qed jabbuża mill-istrutturi. Fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali m’hemm l-ebda impenn biex l-affarijiet jitranġaw anzi l-AĠ qed joħloq żbilanċ politiku u jikser il-kostituzzjoni. Hu semma’ l-każ tal-VITALS u qal li l-AĠ mhux jipproteġi l-interss nazzonali u l-propjetà tl-Malitn iżda qed jiddefendi lill-Prim Ministru biex din l-art ma tingħatax lill-Maltin

Adrian Delia semma’ l-parlament u qal li dan mhux l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż għaliex il-gvern qed jipprova jġibu parti mill-gvern.