Lokali

Titlef ħajjitha Elise, it-tarbija ta’ 8 xhur li ddaħħlet l-isptar

Tilfet ħajjitha ċ-ċkejkna Elise, it-tarbija ta’ 8 xhur li tlett ijiem ilu ddaħħlet b’urġenza l-Isptar Mater Dei b’infezzjoni bid-demm.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa hekk kif ġie spjegat li t-tarbija tilfet il-battalja kontra l-mewt wara li ddaħħlet l-isptar tbati minn septicimia.

Intant il-ġenituri tat-tifla f’posts fuq Facebook kitbu:
Inħobbok ħafna
Strieħ fis-sliema

Huma ħabbru wkoll id-dettalji tal-funeral li ser isir għada l-Ġimgħa fis-2.30pm fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.

Tarbija ta’ tmien xhur f’qagħda kritika minħabba infezzjoni rari