Ungeriża ta’ 30 sena li tgħix Ħaż-Ħebbuġ sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’ħabta bil-mutur li kienet qed issuq. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6pm fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa.
Fi stqarrija l-pulizija qalu l-inċident seħħ bejn il-mutur li kienet qed issuq l-Ungeriża u vettura tat-tip Nissan misjuqa minn mara ta’ 32 sena minn San Ġiljan.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-barranija l-Isptar Mater Dei fejn hemm ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji fi spallitha.
Is-sewwieqa tal-vettura ma’ weġġatx.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>