Lokali

Għada tingħata l-aħħar tislima lil Elise

Strieħ issa..Inħobbok ħafna.

Hekk kitbu f’posts separati fuq Facebook il-ġenituri tat-tarbija ta’ 8 xhur li fl-aħħar jiem kienet qed tissielet għal ħajjitha fl-NPICU – it-taqsima tal-kura intensiva tat-trabi fl-isptar Mater Dei u li tilfet il-ġlieda għall-ħajja.  .

Iċ-ċkejkna kienet iddaħħlet l-istpar erbat ijiem ilu fejn instab li kellha septecemia.

Il-ġenituri tat-tarbija ħabbru li l-funeral se jsir il-Ġimgħa fis-2.30pm fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.

Is-septecemia hija kundizzjoni rari ħafna li tiżviluppa meta infezzjoni f’xi parti tal-ġisem, bħal ngħidu aħna fil-pulmun jew fil-ġilda, tinfirex fid-demm… u fil-fatt din il-kundizzjoni hija wkoll magħrufa bħala “ivvelenar tad-demm”.

Fl-isptar Mater Dei iddaħħlu għadd ta’ tfal u trabi b’infezzjonijiet minn bacteria fl-aħħar ġimgħat, inkluż żewġ każi ta’ bacterial meningitis.  Wieħed minn dawn il-każi, tifel ta’ 4 snin tilef ħajtu propju kawża ta’ din l-infezzjoni.  Tarbija oħra ta’ ftit xhur li ddaħħlet bl-istess sintomi u li għal xi ħin kienet fil-periklu tal-mewt, issa jidher li qed tagħmel progress tajjeb.

Id-Dipartiment tas-Saħħa fi stqarrijijet li għamel fl-aħħar jiem qal li m’hemmx lok għal allarm filwaqt li ħeġġeġ lill-ġenituri biex f’każ ta’ dubju dwar saħħet it-tfal tagħhom jirrikoru immeddjatament għand it-tabib