– Ryan Callus, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus tkellem dwar l-isport u x-shooting range f’Ta’ Kandja u qal li sar investiment ta’ €14-il miljun; id-doppju ta’ dak li qal se jiġi jiswa’ l-Gvern. Ix-shooting range għadha magħluqa sal-lum u fir-realtà dan hu investiment rieqed għat-tiraturi Maltin
Fil-parlament Ryan Callus, tkellem dwar Sport Malta u qal li ma kien l-ebda żieda fil-baġit għal din l-aġenzija; €2.4 miljun.
Hu tkellem dwar iż-żamma ta’ spazji miftuħa u open-air gyms u qal li l-vot ta’ €600,000 għar-riġenerazzjoni ta’ spazji miftuħa; telqa papali f’open air gym f’Ta’ Qali. Nispera mhux nirranġaw u nerġgħu nitilquh għal riħu, appella Ryan Callus.
Ryan Callus semma’ l-Malta Paralympic Committee u issa li twaqqaf il-Kumitat Paralimpiku Malti, kien mistenni vot apposta biex ikun sostnut ix-xogħol tal-Kumitat. Kelli l-opportunità nattendi għall-ewwel laqgħa tal-Kumitat u ħadt gost li sa fl-aħħar se nibdew nieħdu bis-serjetà il-logħob para-olimpiku, sostna Ryan Callus. Il-logħob para-olimpiku jagħti opportunità ta’ ugwaljanza lill-atleti b’diżabbiltà fiżika. Pajjiżna ma jista’ qatt ikun sħiħ fl-isport jekk ma jagħtix opportunità lil kulħadd. Inkunu qed infallu jekk il-politika sportiva tagħna ma tagħtix l-istess importanza u opporuntità lill-atleti b’diżabbiltà.
Hu kompla li stenna għaldaqstant vot speċifiku f’dan il-Ministeru biex il-Kumitat il-ġdid ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu billi jipprepara l-atleti u jgħinhom finanzjarjament jieħdu sehem f’kompetizzjoni internazzjonali.
Hu tkellem dwar l-Awtorità tal-Artijiet u qal li wara sentejn mit-twaqqif tagħha, għandha mingħajr Chief Financial Officer, lista twila ta’ persuni jistennew li jigu rikonoxxuti u tnaqqis fil-vot għall-kumpens ta’ espropriji passati minn €10 miljuni għal €8.5 miljun. Il-każ tal-Corinthia; minbarra li l-poplu jeħtieġ jieħu dak li ħaqqu, qiegħdin nitilfu art assenjata għal skopijiet turistiċi biex issir residenzjali.
Dwar id-dar, hekk kif tela’ fil-Gvern, il-Labour neħħa skema tal-kiri ta’ postijiet privati li ddaħħlet minn Gvern Nazzjonalista biex reġa’ daħħalha wara. ‘Il fuq minn 3,000 għadhom mingħajr saqaf fuq rashom. Hu tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-kiri li l-Gvern ġab b’idejh stess. Żgħażagħ li ma jifilħux għal piż li jixtru dar, iżda kirjiet ta’ €700 jew €800 fix-xahar jkissruhom.
Ryan Callus staqsa x’konna nagħmlu bil-miljuni li qed inħallsu żejjed għall-powerstation; fabbrika tal-korruzzjoni bl-involviment ta’ 17 black u l-Ministru Konrad Mizzi u sid mill-investituri.
B’dawn il-miljuni stajna ngħinu żgħażagħ jsiru sidien ta’ djarhom. X’differenza għall-konsultenti tal-Gvern – deputati li ma ġewx eletti marru aħjar għax qed jaqilgħu d-doppju ta’ paga ta segretarju parlamentari jew ministru – marru aħjar!
//= $special ?>