Joseph Muscat innifsu tana konferma li l-laqgħa tal-Kumitat tal-Verifika li kellha ssir nhar it-Tnejn hija posposta indefinittivament.
Din hija t-tieni darba li din il-laqgħa ġiet posposta hekk kif oriġinarjmanet l-ewwel laqgħa kellha ssir fil-bidu ta’ dax-xahar
Skont Muscat, dan il-posponiment huwa “biss għal ftit”.
Il-Gvern issa ilu x-xhur ikarkar saqajh dwar dan il-kuntratt u ma jrid bl-ebda mod juri x’fih il-ftehim tant li ġurnal lokali issa għamel talba formali skont il-Freedom of Information Act jew l-Att dwar id-Dritt għall-Informazzjoni.