Il-Gvern ta’ Muscat qed jibqa’ jzomm mistur il-ftehim li ffirma erba’ snin ilu mal-Corinthia.
Wara l-pressjoni mill-PN permezz tal-Vici Kap Robert Arrigo, anke talba tal-ġurnal Times of Malta għal kopja tal-ftehim ġiet miċhuda u l-ġurnal issa għamel talba formali skont il-Freedom of Information Act, sabiex il-Gvern jippubblika dan il-ftehim.
B’dan il-ftehim il-Gvern rabat ruħu li jagħti art f’zona prestiġġjuża għal dak li oriġinarjament kellu jkun żvilupp purament turistiku. Art li hi tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Sa issa ftit li xejn ħarġu dettalji minn naħa tal-Gvern, li iżda jidher determinat li jiddefendi dan il-ftehim akkost ta’ kollox, u skont Muscat, dawn huma l-investiment li rridu mmexxu ‘l quddiem.
Il-Partit Nazzjonalista, permezz ta’ mistoqsija parlametnari li saret mid-deputat Rober Arrigo, talab lil Konrad Mizzi, li taħtu jaqa’ dan il-proġett, jippubblika dan il-Memorandum of Understanding.
L-eżistenza ta’ dan il-ftehim saret magħrufa biss wara li Konrad Mizzi semmiegħ f’Diċembru li għadda waqt laqgħha mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika. Dakinhar hu tkellem dwar kuntratt għal żvilupp ta’ appartamenti u uffiċini fuq art allokata purament għal skopijiet turistiċi.
Kien propju dakinhar li nkixef l-iskandlu ta’ dan il-proġett li apparti li se jkun qed jisraq l-art mingħand il-poplu, poġġa wkoll lil żviluppaturi oħra fi żvantaġġ enormi meta żviluppatur wieħed qed jingħata art prezzjuża bix-xejn filwaqt li huma jridu jħallsu l-prezz tas-suq.
L-art bħalissa qegħda tintuża mill-Grupp Corinthia b’ ċens li jagħlaq, iżda ċ-Chairman tal-Grupp qed jghid mod iehor meta jgħid li l-art hija tagħhom.
L-Assoċċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, l-MDA, kienet fost l-aktar voċiferi kontra dan il-ftehim u minn tal-ewwel biex ikkritikat bl-aħrax l-għotja ta’ din l-art bi prezz ferm u ferm inqas minn dak tas-suq.
Skont informazzjoni li ħarġet s’issa il-Grupp Corinthia se jkunu qed iħallsu €17-il miljun għal art li hi stmata ‘l fuq minn €700 miljun skont il-prezzijiet tas-suq tal-lum.
//= $special ?>