Tħassib serju minn naħa tal-MUT dwar l-assenza totali ta’ strateġija Nazzjonali biex jiġu attirati iktar żgħażagħ lejn il-professjoni tal-għalliema.
Fi stqarrija, il-union tal-għalliema qed tgħid li mhemmx għalliema għal tlettax-il suġġett ġdid.
Il-Union qed tgħid li ilha x-xhur tagħmel il-proposti tagħha lill-awtoritajiet ikkonċernati sabiex jiġi żgurat li l-Gvern joħloq strateġija Nazzjonali biex iktar żgħażagħ jiġu mħajjra jersqu lejn din il-professjoni.
FL-istqarrija l-MUT tinnota li mhemmx għalliema biżżejjed għas-suġġetti tradizzjonali, u wisq inqas għat-13-il suġġett ġdid li se jiġu introdotti s-sena d-dieħla.
L-MUT tkompli tgħid li minkejja dan, il-Ministeru tal-Edukazzjoni għaddej b’kampanja biex iħajjru studenti jagħżlu dawn is-suġġetti godda mingħajr ma hemm pjan dwar min se jkun qed jgħallem dawn l-istess suġġetti.
Minbarra hekk il-Union qed tgħid li qed isir investiment kkir f’labs u workshops għal dawn is-suġġetti filwaqt li inħoloq żbilanċ fir-rigward ta’ suġġetti oħra li qed jiġu ttrattati qishom suġġetti tat-tieni klassi.
L-istqarrija ttemm billi ttenni t-tħassib tal-Union u tappella lill-awtortitajiet sabiex jieħdu azzjoni immeddjata qabel ma tikkrolla s-sistema kollha ħtija ta’ nuqqas ta’ riżorsi umani.
//= $special ?>