Lokali Parlament

Pajjiżna jeħtieġ li jkollu strateġija moderna għat-trasport

– Toni Bezzina, PN

Pajjiżna jeħtieġ li jkollu strateġija moderna għat-trasport bi pjan fit-tul li jkollha qbil nazzjonali wiesa’ fuqu.  B’ kunsens bejn il-Gvern u l-Oppozizzjoni u b’ konsultazjoni wiesa’ mal- istakeholders kollha involuti, nistgħu nibdew b’ mod effettiv nindirizzaw din il-kwistjoni ferm kbira f’pajjiż daqstant żgħir.  

Fil-parlament Toni Bezzina rringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fid-diversi Dipartimenti u Awtoritajiet li jaqgħu taħt il-kappa ta’ dan il-Ministeru, kif wkoll lil kumpaniji kollha privati li jagħtu servizz lil dawn l-entitajiet. Hu rringrazzja wkoll lill-ħaddiema ta’ dipartimenti u entitajiet oħra bhal Pulizija, Protezzjoni Ċivili u l-Cleansing and Maintenance Departiment, li għalkemm ma jaqghux taħt il-kappa ta’ dan il-Ministeru, xorta jagħtu semhom biex it-toroq jkunu aktar siguri.

L-iżball ta’ dan il-Gvern hu li ghalkemm ilu ‘ l fuq minn sitt snin, ħalla t-toroq ta’ pajjiżna fi stat tal-biku u issa il-Ministru Ian Borg f’ sitt xhur irid iwettaq dak li ma sarx fl-aħħar sitt snin.

Sforz l-għaġġla żejda u paniku li jinsab fih il-Gvern f’ dan il-qasam, spiċċa jieħu deċiżjonijiet magħġġla. Minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), instab li nies li mietu f’inċidenti tat-traffiku żdiedu għal 23 fl-2016; rizultat li l-karozzi qed jiżdiedu b’mod ferm aktar milli jiflaħ pajjiżna.

Fi tliet snin biss, bejn l-2013 u l-2016, żdiedu 45 karozza kuljum. Dan qiegħed iwassal wkoll għal żieda ta’ 12% ta’ CO2 fl-arja fuq l-istess perjodu, ovvjament riżultat ta’ tniġġiż mit-traffiku.

Toni Bezzina qal li din hi prova żara wkoll li l-mira ta’ użu akbar tat-trasport pubbliku ma ntlaħqitx minkejja li s-sussidju zdiet minn €6 miljuni għal €30 miljun fis-sena: qabża sostanzjali fi ħlas li qiegħed jagħmel tajjeb għalihom il-ħaddiema Maltin u Ghawdxin mit-taxxi tagħhom.

Bosta mill-proposti f’dan il-bagit minn dan il-Gvern huma proposti ripetuti u riżiklati minn baġits oħra mingħajr l-ebda viżjoni jew direzzjoni innovattiva jew inizjattivi li ma jistgħux jitwettqu kif suppost peress li l-infrastruttura ta’ pajjiżna ma tippermettix.

Minflok sar pjan ħolistiku li jara li pajjiżna jagħmel il-qabża ‘l quddiem f’dak li għandu x’ jaqsam ma’ mobbilità, spiċċajna li morna għaxar passi luru u minflok dan il-Gvern jipproponi mezzi ta’ transport alternattivi u effettivi għall-użu tal-karozza privata, spiċċa jwessa’ t-toroq biex, mingħliih, billi jżid il-kapaċità tal-karozzi fit-toroq tagħna, jkun qiegħed isolvi l-problema tat-traffiku.

Pajjiżna għandu bżonn lil min ihares ‘il barra mill-kaxxa u joħroġ b’ ideat u soluzzjonijiet innovattivi: ideat u soluzzjonijiet li bihom, fil-qasam tat-trasport, inkunu qed nagħtu viżjoni għal pajjiżna għall-50 sena li ġejjin. Pajjiżna għandu bżonn Gvern li kapaċi jbassar il-bżonnijiet tal-poplu tagħna f’ dak li għandu x’ jaqsam ma’ mobilita għal għexieren ta’ snin li ġejjin. Ma jistax ikun li jibqa’ jkollna Gvern li jara biss sal-ponta ta’ mnieħru.

Hu emma’ l-introduzzjoni tat-trasport b’ xejn ghal iskejjel u qal li għalkemm l-Oppożizzjoni kienet ilha 4 snin tħambaq biex din il-proposta tidhol fis-seħħ, l-gvern ħalliha fuq l-ixkaffa. Agħar minn hekk, meta ġie biex iwettaqa, wettaqa nofs sajran u fl-aħħar minuta, bil-konsegwenza li mhux kull min ried trasport b’xejn għal uliedu nqeda.

Eżempju ehor hu l-ghoti ta’ grants fuq xiri ta’ roti meta fl-istess ħin ma qiegħed isir xejn biex min jixtri rota jkun jista’ jużha bħala mezz alternattiv ta’ trasport bla periklu għalih stess.

Huwa inaċċettabli li fejn qed jintefqu l-miljuni fi twessiegħ ta’ toroq, mhux qed jigu introdotti faċilitajiet adekwati għall-użu tar-roti jew jiġu ipprovduti faċilitajiet kumplimentari fil-qafas tat-trasport pubbliku biex persuna li tkun tixtieq tuża ir-rota għal parti mill-vjaġġ tagħha u mbagħad tkompli il-parti l-oħra tat-traġitt bit-trasport pubbliku tkun tista tagħmel dan.

F’ dawn l-ahhar jiem, il-gvern għaddejj b’ kampanja fen qed jghid li jrid jonfoq €700 miljun f’ seba’ snin f’ toroq. Dawn huma parti mill-€1,300 miljun li l-ex Prim Ministru Nazzjonalista . Lawrence Gonzi ġab mill-EU. Hu semma’ d-diveri toroq li saru f’partijiet ta’ Malta u Għawdex.

Fil-metodu ta’ kostruzzjoni ta’ toroq f morna lura għal kif kien isir x-xogħol fis-snin tmenin li fil-maġġor parti assoluta tiegħu jikkonsisti f’ kisja ta’ tarmak fuq li hemm u f’ ċertu każi lanqas biss jinbidlu s-servizzi ta’ taħt l-art.

Hu appella lill-Gvern, biex isiru l-istudji kollha neċessarji u s-servizzi kollha f’ toroq ġodda li se jinbnew mill-gdid, jinbnewlhom service ducts apposta maż-żewġ naħat tat-triq u i-mains tad-drenaġġ, ilma u cables tad-dawl jgħaddu minnhom biex meta jigu biex jgħaddu s-servizzi jew inkella jkollhom bżonn jinbidlu, ma terġax titqatta’ t-triq.

Għandhom isiru l-istudju kollu neċessarji, bhal topographical surveys u ppjanar tal-livelli tat-triq, qabel jibda x-xogħol. Ix-xoghol ta’ qlib tal-ilma f’ dawn it-toroq għandu jkun eżegwit b’ aktar reqqa biex jinġabar l-ilma tax-xita u dan jingħata lill-bdiewa biex isaqqu l-uċuh tar-raba’.

It-toroq saru faxxex sħaħ ta’ konkos u tarmak b’ tali mod u manjiera li qed jiġu eliminati kull tip ta’ ħdura u kulur mit-toroq. It-toroq tagħna saru qishom ġungla tat-tarmak u konkrit.