Lokali

Persuna feruta wara inċident ikrah f’Ħaż-Żebbuġ

Fil-port issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma għall-kura

Raġel mill-Gudja ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’urġenza wara ħabta li kienet tinvolvi tliet vetturi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ fid-direzzjoni lejn Ħal Qormi.

F’dan l-inċident kien involut trakk tar-ready mix u żewġ vetturi oħra.

Nies li raw l-inċident spjegaw illi l-ewwel seħħ impatt bejn it-trakk u l-karozza tat-tip Audi. Mad-daqqa… il-vettura spiċċat fil-karreġġjata l-oħra u baqgħet dieħla f’karozza oħra tat-tip Honda.

Filwaqt li x-xuffiera tar-ready mix u l-Audi ma weġġgħux, ix-xufier l-ieħor …li għandu 44 sena…iddaħħal l-Isptar għall-kura.

Kawża tal-inċident, għal xi ħin, inġema’ traffiku kbir fl-inħawi ta’ Ħaż-Żebbuġ.