Il-manager ta’ Chelsea, Maurizio Sarri, ammetta dwar il-possibbiltà li ‘mgħandux il-kapaċità biex jimmotiva lill-plejers’ wara li l-Blues sofrew telfa umiljanti fil-league, 4-0, għand Bournemouth. B’din it-telfa – l-agħar waħda fil-kampjonat għal 23 sena – Chelsea niżlu fil-ħames post tal-Premier League u jinsabu fi ġlieda kbira ma’ Arsenal u Manchester United biex jikkwalifikaw għaċ-Champions League, fl-istaġun li ġej.
Wara t-telfa fil-Vitality Stadium, Sarri żamm lill-plejers fid-dressing room għal aktar minn 40 minuta fejn qal li ‘ried ikellimhom waħdu u mhux fil-preżenza ta’ ħaddieħor’. L-eks-kowċ ta’ Napoli, jiem ilu, ukoll qal li ‘ kien qed isibha diffiċli biex jimmotiva lill-plejers tiegħu’ u issa qiegħed jaċċetta r-responsabbiltà għad-disfatta ma’ Bournemouth.
Ftit hemm dubju li Sarri, li ħa post Antonio Conte bħala manager tal-Blues, jinsab taħt pressjoni biex jipproduċi titjib fir-riżultati wara li Chelsea – minkejja l-bidu pożittiv għall-istaġun – tilfu erba’ mill-aħħar 12-il logħba.
Dan meta t-Taljan qed jinsisti, fuq kollox, għal ‘bidla fil-mentalità’ ta’ uħud mill-plejers tiegħu.
//= $special ?>