Lokali

Raġel armat jirnexxielu jaħrab bi flus misruqin

Il-ħalliel kien liebes kollox iswed

Il-Pulija qed tinvestiga serqa li seħħet ilbieraħ filgħaxija fi stabbiliment fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.

Kienu għall-ħabta tad-9.30pm, meta raġel li kien liebes kollox iswed daħal f’ħanut b’arma tan-nar, u talab il-flus lill-kaxxiera. Ir-raġel ħarab mill-post b’ammont ta’ flus kontanti.

Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Il-kaxxiera hi mara ta’ 62 sena li toqgħod San Pawl il-Baħar stess.

Il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras qed tmexxi inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.