Lokali Qorti

Raġel ieħor jitressaq il-Qorti fuq is-serq ta’ anzjana f’Ħal-Qormi

It-tielet raġel allegatament involut fis-serqa ta’ anzjana f’Ħal Qormi, minn ġewwa dahra stess, tressaq il-Qorti. Patrick Mangion ta’ 46 sena mill-Belt ġie mixli li flimkien ma’ Mark Anthony Cardona ta’ 41 sena minn Birkirkara u Ryan Briffa ta’ 28 sena minn Ħal-Qormi, rabtu u serqu lill-anzjana. Din meta semgħet il-bieb iħabbat qalulha, l-pustier – u spċċat marbuta u misruqa. Mangion tressaq l-għada tal-akkużati l-oħra minħabba li kien ma jiflaħx.

Skont il-Pulizija, meta semgħet lil xi ħadd iħabbat fuq il-bieb tar-residenza tagħha, u xi ħadd qalilha li kien il-pustier li għandu pakkett għaliha. Din l-anzjana spiċċat biex tiġi marbuta u misruqa. Dan ħareġ mix-xhieda tal-Ispettur Fabian Fleri meta ressaq żewġt irġiel quddiem il-Maġistrat Nathasha Galea Debono.

Allegatament kienu jagħmlu parti minn grupp ta’ tlieta minn nies, li serqu lilll-anzjana fil-11 ta’ Jannar li għadda. Huma qed jiġu mixlijin b’serq aggravat bi vjolenza, arrest illegali, li ferew ħafif lill-anzjan u li ġarrew arma tan-nar waqt li kienu qegħdin iwettqu r-reat. Huma ġew mixlijin ukoll li saru reċidivi, filwaqt li Briffa ġie mixlii li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti rigward il-liberta’ proviżorja.

L-Ispettur qal li kif l-anzjana fetħet il-bieb, hija spiċċat marbuta u misruqa, saħansitra anke ħadulha d-decoder tas-CCTV. Madankollu Mark Anthony Cardona kien identifikat minn CCTV oħra, qal l-Ispettur Fleri. Qal li l-oħrajn ġew identifkati mill-Pulizija. Qal ukoll li beritta ta’ wieħed mill-akkuiżati, nstabet għand l-anzjana u li din saru fuqha testijiet tad-DNA.

L-irġiel kollha wieġbu li mhumiex ħatja għall-akkużi miġjubin kontrihom. It-tielet persuna, nvoluta fil-każ kien ma jiflaħx u għahekk ma tressaqx il-Qorti. Għall-akkużati li tressqu l-Erbgħa deheru l-Avukati Franco Debono, Amadeus Cachia u Noel Bartolo filwaqt li għal Mangion deher l-Avukat Alfred Abela.

Cardona u Briffa inżammu arrestati filwaqt li fil-każ ta’ Mangion, il-Maġistrat Simone Grech ma laqgħetx it-talba għal liberta’ proviżorja, minħabba r-riskju tal-intraċċ tal-provi, iżda laqgħet talba oħra li huwa jinżamm fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli minħabba li għandu problemi psikoloġiċi. L-ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Roderick Agius qegħdin imexxu l-Prosekuzzjoni.