Lokali

Żieda ta’ 300 karozza kuljum

Skont ċifri maħruġa mill-NSO, f’pajjizna qed naraw żieda ta’ xejn anqas minn 30 vettura rreġistrata kuljum…30 vettura aktar fit-toroq taghna; KULJUM.

L-istatistika turi li n-numru ta’ vetturi rreġistrati f’pajjiżna issa huwa iktar minn 385,000.

Minn dawn kważi 78% huma karozzi tal-passiġġieri, ftit inqas minn 14% huma vetturi kummerċjali u 7% huma muturi u quadbikes, u  inqas minn 1% huma coaches u minibuses.

Iż-żieda f’vetturi reġistrati fl-aħħar tlett xhur tas-sena li għaddiet kienet ta’ iktar minn 6,300, 74% minnhom kienu vetturi tal-passiġġieri filwaqt li 11% kienu muturi.

Minn dawn, kważi 2,800 kienu vetturi ġodda filwaqt li 3,600 huma vetturi użati.

Tul is-sena li għaddiet iktar minn 7,400 vettura tneħħew mit-triq iżda kwazi 2,700 minnhom reġgħu inbiegħu, filwaqt li madwar 2,400 ġew iggaraxxjati.

2,300 vettura giet skreppjata.

L-istess statistika turi li madar 60% tal-vetturi f’pajjiżna jaħdmu bil-petrol filwaqt li 39% jużaw id-diesel.  Il-vetturii elettronici jew hybri jammontaw għal inqas minn 1%.