Lokali Mużika

ARA: Messaġġ ta’ kuraġġ minn Michela Pace

Ir-rappreżentanta Maltija għall-Eurovision ta’ din is-sena, Michela Pace, wasslet messaġġ ta’ kuraġġ għal żgħażagħ li jridu jidħlu fix-xena mużikali. Appell illi sar mir-rebbieħa ta’ X-Factor waqt intervista fuq il-breakfast show ta’ Net TV, Net AM.

Fl-intervista ma’ Fabian Demicoli, Michela ġeddet il-memorji meta kienet ħadet sehem anke f’The Entertainers, programm li jsir kull nhar ta’ Sibt fuq NET TV.

Michela rreferiet ghall-isforzi li jrid jaghmel kull kantant biex jaghmel success fix-xena muzikali, mhux b’inqas ghaliha bhala zaghzugha Ghawdxija.

Michela se tkun qed tirrapreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision ta’ din is-sena li se jsir f’Tel Aviv, f’Iżrael f’Mejju li ġej.