Ambjent Lokali

Il-Gvern jibqa’ jinjora l-fatt li fid-deal tal-Corinthia inkluda torrijiet residenzjali

Il-Konsorzju FORESITE jikteb lill-Membri Parlamentari kollha

Fi stqarrija uffiċjali li inħmiet minn grupp ristrett ta’ nies ġewwa Kastilja, il-Gvern reġa’ għal darb’oħra prova jagħti l-impressjoni li d-deal tal-Corinthia huwa dwar “turiżmu lussuż ta’ 6 stilel”. Dan filwaqt li baqa’ jiddefendi l-ftehim illi sar fuq din l-art f’San Ġiljan billi rrefera għalih bil-frażi “ferm importanti”.

Ir-realta’ hi li l-Corinthia għandu pjan illi fuq din l-art pubblika, mogħtija lilhom b’konċessjoni, jiżviluppa torrijiet residenzjali li jiswew id-doppju ta’ dak li preżentament hawn fis-suq. Dan kien ikkonfermah ukoll iċ-chairman tal-Grupp, Alfred Pisani. Fuq TVM, hu kien qal ukoll li l-kritika għal dan id-deal qed issir “għax jarawna sbieħ”.

Intant ilbieraħ Joseph Muscat tana konferma li l-laqgħa tal-Kumitat tal-Verifika li għandha tiddiskuti dan id-deal, u li kellha ssir nhar it-Tnejn, ġiet posposta indefinittivament. Din hija t-tieni darba li din il-laqgħa ġiet posposta hekk kif oriġinarjmanet l-ewwel laqgħa kellha ssir fil-bidu tax-xahar li għadda.

Il-Gvern issa ilu x-xhur ikarkar saqajh dwar dan il-kuntratt u ma jrid bl-ebda mod juri x’fih il-ftehim tant li issa it-Times għamlet talba formali skont il-Freedom of Information Act.

Fl-aħħar sigħat, grupp ta’ imprendituri taħt l-isem FORESITE kitbu lill-Membri Parlamentari biex jesprimu t-tħassib tagħhom dwar dan il-ftehim. Dawn il-businesses jingħaqdu mal-pressjoni kbira li qed issir mill-Kunsilli Lokali taz-zona u minn numru kbir ta’ ngo’s.

Iż-żewġ binjiet li huma parti mill-proġett