Internazzjonali

Imut Clift Swift, l-attur famuż bħala Richard Bucket

Clif Swift, l-attur magħruf bħala Richard Bucket f’Keeping Up Appearances miet fl-età ta’ 82 sena. Il-familja ta’ Swift qalet li miet wara marda qasira.

F’karriera li kważi ilha 60 sena huwa baqa’ l-aktar famuż għall-karattru tiegħu bħala r-raġel ta’ Hyacinth Bucket, f’kummiedja klassika fejn hu deher għal 42 episodju.

L-aħħar li deher fuq l-iscreen kien fis-sena 2017.