Aaron Farrugia, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi tal-UE, konvint illi pajjiżna għandu bżonn aktar flus mill-UE. Dan wara li fis-7 snin li għaddew, Malta ħadet aktar minn €1.2 biljun – flus illi ġabhom l-aħħar Gvern Nazzjonalista, u li għadna ngawduhom sal-lum.
F’kummenti lil Net News, Farrugia stqarr li l-Gvern irid jilħaq ftehim “fair” mal-Unjoni Ewropea.
Għalkemm ma kkommetiex ruħu jekk hux se ntejjbu l-pakkett finanzjarju, hu stqarr li l-Kummissjoni Ewropea konxja mill-fatt li għandna bżonn aktar flus.
Il-Gvern irid li n-negozjati jingħalqu sal-aħħar ta’ din is-sena.
//= $special ?>