Lokali

Mara tittieħed għall-kura fl-isptar wara inċident fil-bypass tal-Imrieħel

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Mara ta’ 30 sena residenti Ħal Tarxien qed tingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei wara inċident li seħħ fi Triq is-Sebħ (il-bypass tal-Imrieħel) għall-ħabta tas-14:30.

Jirriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn vettura tat-tip Subaru Justy misjuqa mill-mara, u Mercedes Benz misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti f’San Ġwann. Ma’ dan tal-aħħar kien hemm ukoll passiġġiera, li għandha 27 sena u hi residenti r-Rabat.

Fil-post issejħet l-assistenza medika li ħadet lit-tfajla ta’ 30 sena lejn l-Isptar Mater Dei. Fortunatament dawk fil-vettura tat-tip Mercedes ma sofrewx ġrieħi.

Għal xi ħin dan l-inċident ikkawża traffiku fl-inħawi, bil-Pulizija li kellhom jiggwidaw il-vetturi, waqt li membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu biex ineħħu t-tifrik imferrex matul it-triq.