Lokali

AĠĠORNATA: Persuna feruta gravi f’inċident fi scrapyard

Numru ta’ Pulizija ssejħu fi Triq l-Industrija Ħal Qormi meta għall-ħabta tas-2pm seħħ inċident fi scrapyard.

Fil-post issejħet ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar. Aktar tard kien konfermat li l-vittma, li għandu 30 sena u hu minn Raħal Ġdid, sofra feriti gravi f’rasu.

Net News jinsab infurmat li l-inċident seħħ meta ċediet vettura fuq persuna li kien qed jagħmel tiswijiet. Il-vettura, skont is-sorsi tagħna, kienet qed tinżamm fuq xi knatan.

Anke membri tal-Protezzjoni Ċivili waslu fil-post biex jagħtu l-assistenza tagħhom.

Il-Maġistrat Astrid May Grima ħatret inkjesta dwar dan l-inċident.