Knisja Lokali

Tinstab lista ta’ benefatturi taħt l-artal ta’ Raħal Ġdid

Opportunità biex fi tmiem din il-ġimgħa tmur tara dan id-dokument u forsi tara l-ismijiet tal-familjari tiegħek

Voluntiera li kienu qed jaħdmu fir-restawr fil-knisja ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid kienu sorpriżi hekk kif sabu dokument mill-1955 li kien jinsab taħt l-artal tal-istess knisja.

Id-dokument kien jinvolvi mas-700 benefattur li taw id-donazzjoni għax-xogħol fuq l-artal li dak iż-żmien taw £1,067, li bil-prezzijiet tal-lum kumparatt mal-inflazzjoni jiġu madwar €31,912. Kif stmat mal-għoli tal-ħajja tal-lum il-parruċani taw qisu €30 ewro, dak iż-żmien imniżżla li taw £1, din id-donazzjoni kienet stmata li hi paga ta’ nofs ġimgħa ta’ dak iż-żmien.

Uħud minn dawk li kienu qed jaħdmu fil-knisja sabu lill-familjari tagħhom imniżżla fid-dokument, b’uħud sabu liz-zijiet tagħhom fil-lista.

Intant tul tmiem din il-ġimgħa l-istess dokument se jkun esebit għall-parruċani bl-opportunità li jilmħu lill-qrabathom f’din il-lista.