Charles Mizzi nħatar Kap Eżekuttiv ġdid tal-Aġenzija Maltija għar-Residenza u Visas (MRVA) wara li fl-aħħar jiem ġie fi tmiemu l-kuntratt ta’ Roderick Cutajar.
Mizzi kien Direttur Eżekuttiv Media u Marketing tal-Presidenza Maltija għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Fl-2017 huwa ngħaqad mal-Aġenzija tal-Programm Investitur Individwali (IIP) bħala Chief Officer responsabbli mill-komunikazzjoni u business development.
Il-Gvern qal illi huwa hawn fejn Mizzi kiseb esperjenza importanti f’din l-industrija – iġifieri f’temp ta’ sena.
//= $special ?>