Lokali Qorti

Ġuvni ta’ 26 sena jinżamm arrestat wara li nqabad b’46 kilo droga

Iż-żagħżugħ ta’ 26 sena mill-Imtarfa li l-Ħamis ġie arrestat wara li twaqqaf mill-Pulizija ta’ Kontra d-Droga fi Triq il-Kosta, Baħar Ċagħaq, wieġeb mhux ħati ta’ traffikar ta’ 46 kilo droga kannabis.

Darren Mizzi ta’ 26 sena mill-Imtarfa tressaq quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli akkużat li jumejn ilu fBaħar iċ-Ċagħaq kien fil-pussess ta’ kaxxa tal-kartun li kien fiha 40 kilogramma ħaxixa, kif ukoll basket b’6 kilogrammi raża tal-kannabis.

Mizzi kien akkużat ukoll li saq karozza b’mod perikoluż u li m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija. Il-Pulizija kkonfermat li din id-droga kienet lesta biex tiġi traffikata.

Iż-żagħżugħ inżamm arrestat, filwaqt li d-difiża tmexxiet minn Mario Mifsud.