ST. ANDREWS…………….. 0 ĦAMRUN S………………….. 3
St. Andrews: M. Calleja Cremona, K. McFarlane, R. Martin, A. Friggieri (J. Walker 71’), K. Reid (L. Sciberras 84’), K. Magro, A. Borg, A. Brown, M. Davis, D. Jackson, M. Woo Ling
Ħamrun: S. Cini, E. Pepe, T. Caruana, S. Nayar (R. Darmanin 73’), W. Domoraud, M. Gauci, M. Criaco, K. Micallef, O. Nikolopoulos, C. Calil (A. Scicluna 90+2’), K. Tulimieri (C. Borg 82’)
Imwissija: K. Mcfarlane 25’ (S), K. Tulimieri 37’, S. Cini 86’, T. Caruana 94’ (Ħ)
Skorjaw: W. Domoraud 13’, M. Criaco 51’, R. Darmanin 87’ (Ħ)
Referee: Darryl Agius
Assistenti Referees: Mitchell Scerri, Duncan Spencer
Il-Mument Plejer tal-logħba: Wilfred Domoraud (Ħamrun Spartans)
Rapport: Luke Micallef
Lura fis-16 ta’ Settembru, fl-ewwel rawnd ta’ dan l-istaġun, kienu l-Ħamruniżi li ħarġu fuq in-naħa rebbieħa kontra St. Andrews bl-iskor ta’ 1-0, gowl uniku ta’ Massimo Ganci.
Għal din il-logħba tat-tieni rawnd, fit-tmun ta’ Ħamrun Spartans kien hemm Stefan Sultana, minħabba li l-kowċ Giovanni Tedesco jinsab sospiż. Tedesco deher fuq in-naħa tal-partitarji ta’ Ħamrun kontinwament jagħti l-istruzzjonijiet lill-plejers Ħamruniżi. Fil-fatt bħala protesta, il-membri tal-kumitat ta’ Ħamrun poġġew bilqiegħda mal-partitarji u ma niżlux fuq il-bank.
Bidu pjuttost kwiet bejn iż-żewġ timijiet, bi ftit azzjonijiet, u bla ebda periklu, iżda l-Ispartans urew biċ-ċar l-intenzjonijiet tagħhom li jridu r-rebħa. Fl-għaxar minuta Marco Criaco nkariga ruħu minn korner, li minnu Sebastian Nayar għola b’daqqa ta’ ras li iżda sab lil Matthew Calleja Cremona attent u laqa’ faċilment.
Però tliet minuti wara kienu l-Ħamruniżi li marru minn fuq. Daqqa ta’ ras b’saħħitha ta’ WILFRIED DOMORAUD tefgħet lil Ħamrun Spartans minn fuq. Fis-26 minuta Ħamrun ingħataw free-kick li minnu Nayar ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra mil-lasti ta’ Calleja Cremona. Ħamrun kienu ferm viċin li jirduppjaw, meta xutt ta’ Kevin Tulimieri laqat il-mimduda ta’ St. Andrews. B’hekk Ħamrun daħlu jistrieħu minn fuq 1-0.
It-tieni taqsima tkompliet bl-Ispartans ikunu aktar avventurużi. Fil-fatt fil-50 minuta Ħamrun ingħataw penalty meta Domoraud twaqqa’ fil-kaxxa tal-avversarji. MARCO CRIACO inkariga minnu u b’xutt b’saħħtu tefa’ l-ballun fix-xibka ta’ Calleja Cremona.
St. Andrew’s ippruvaw joħolqu xi forma ta’ reazzjoni. Fis-77 minuta Kemar Reid ra x-xutt tiegħu milqugħ u mdawwar f’korner minn Sean Cini, li ftit li xejn kien impenjat f’din il-partita. Il-Ħamruniżi assiguraw ruħhom mit-tliet punti fis-87 minuta meta RYAN DARMANIN skorja t-tielet gowls wara li rċieva mingħand Domoraud.
//= $special ?>