Futbol Sport

Hamsik se jħalli lil Napoli

(Ritratt: EPA)

F’aħbar pjuttost sorpriża, il-captain ta’ Napoli Marek Hamsik se jħalli lill-klabb. B’hekk il-logħba kontra Sampdoria għandha tkun l-aħħar logħba tiegħu mat-tim ta’ Carlo Ancelotti.

Hamsik lagħab 519-il logħba u skorja 121 gowl fi 12-il sena. Hu se jkun qed jingħaqad mal-klabb Ċiniż Dalian Yifang għas-somma ta’ €15-il miljun. Hu mistenni jmur iċ-Ċina għada u jiffirma l-kuntratt ta’ tliet snin b’salarju ta’ €9 miljuni flimkien mal-bonus fi staġun.