Ambjent Lokali

‘Il-baħar jista’ jispiċċa vittma għad-degradazzjoni ambjentali’ – Nature Trust

Nature Trust Malta tinsab diżappuntat li l-baħar jista’ jispiċċa vittma għad-degradazzjoni ambjentali. Din il-problema mhux qed tkun indirizzata u ma kien imfassal l-ebda pjan ta’ strateġija fit-tul għar-rimi tal-isktart tal-kostruzzjoni.

Fi stqarrija Nature Trust issostni li l-iżviluppaturi qed ikunu irresponsabbli billi jmorru għall-mod l-iktar faċli u jirrakomandaw li r-rimi jibda jsir fil-baħar.

Filwaqt li tirrikonoxxi li fil-qasam tall-kostruzzjoni, id-demolizzjoni huwa sors ewlieni ta’ skart fuq il-gżejjer Maltin, tħoss li l-prevenzjoni hija aqwa mill-kura. Ir-rimi hija l-agħar għażla possibbli għall-ambjent filwaqt li t-tnaqqis huwa l-aktar soluzzjoni rakkomandata.