Lokali

Il-paga minima f’pajjiżna hija inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea

Il-paga minima f’pajjiżna hija inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea.

B’paga ta’ madwar 760 ewro, Malta tikklassifika f’livell inqas mill-medja tal-paga minima nazzjonali fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Dan ħareġ minn statistika tal-Eurostat.

Il-medja tat-22 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea hija ta’ madwar 920 ewro…. ħafna iktar mis-760 ewro li jirċievu dawk li jaqilgħu l-paga minima f’pajjiżna. F’paragun ma’ pajjiżi li jinsabu fin-Nofsinhar tal-Ewropa, il-ħaddiema Maltin għandhom paga minima inqas minn Spanja u s-Slovenja.

Id-daqqa fil-pagi kompliet tinħass fl-aħħar snin anke minħabba l-fatt illi l-Gvern imbarka fuq strateġija biex idaħħal f’Malta mat-13,000 ħaddiem barrani kull sena. U din is-sena, ġejjin 13,000 oħra. Dan, fi kliem diversi unions u ekonomisti, huwa naturali li jġib miegħu element ta’ cheap labour li issa qed jinħass sew f’pajjiżna.

Id-daqqa fil-pagi qed ikollha effett ukoll fuq l-livell ta’ għixien, tant li anke il-barranin stess li fl-aħħar snin ġew Malta biex jaħdmu fis-settur tal-gaming…qed jagħżlu li jitilqu minħabba li mhux ilaħħqu bil-pagi.

Apparti l-kirjiet, l-għoli tal-ħajja qed ikun l-akbar fattur li jwassal biex il-paga tittiekel malajr, u anke nies illi huma ‘l fuq sew mill-paga minima …lanqas huma mhuma jlaħħqu sal-aħħar tax-xahar.