Internazzjonali

Nirien fiċ-ċentru ta’ Buenos Aires

Għadu mhux magħruf x’wassal għal nirien li lbieraħ ħakmu lukanda ewlenija fiċ-ċentru tal-kapitali Arġentina Buenos Aires. Dawn in-nirien sa issa ħallew żewġ vittmi, b’waħda mill-vittmi tkun pulizija li interveniet biex tagħti l-għajnuna. Hu rappurtat li fl-isptarijiet tal-belt hemm mal-mitt persuna li ġew rikoverati kemm minħabba ħruq li sofrew, kif ukoll minħabba d-duħħan li belgħu hekk kif ippruvaw jaħarbu mil-lukanda Hotel de las Naciones. Il-vittma l-oħra hija mara ta’ 55 sena li kienet residenti fil-lukanda.

Sa issa ma ħarġet l-ebda stqarrija b’dettalji dwar dan l-inċident għalkemm xhieda li kienu fuq il-post qalu li nstemgħet splużjoni kbira eżatt qabel ma dehru l-fjammi tan-nar.  Sorsi minn fuq il-post qalu ukoll li n-nies li kienu maqbuda fil-lukanda, bdew ikissru t-twieqi biex jindikaw il-pożizzjoni tagħhom lill-ħaddiema tat-tifi tan-nar.