Lokali

Sewwieq ta’ mutur involut f’inċident tat-traffiku

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 36 sena mis-Siġġiewi, ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’ħabta bejn mutur u karozza fi Triq il-Poeta Nazzjonali f’Ħaż-Żebbuġ.

Ir-raġel li kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda, għal xi raġuni li għadha mhux magħrufa kellu impatt ma’ karozza tal-għamla Toyota misjuqa minn mara ta’ 23 sena mill-Qala Għawdex.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa. Il-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi.