Futbol Sport

Żejtun Corinthians jagħtu l-ewwel telfa lil Santa Lucia

SANTA LUCIA ……………. 0   ŻEJTUN C. ………………….. 1

Santa Lucia: R. Caruana, M. Caruana, J. Usaga Mendoza (K. Ante Rosero 68’), P. Lapira (N. Micallef 68’), L. Mosquera Segura (M. Guillari 57’), J. Suda, K. Pulo, P. Teixeira Maia, D. Vukovic, L. Galea, N. Borg.

Żejtun: G. Zammit, C. Giordemaina, I. Azzopardi, J. Antonio Meira (A. Andelkovic 68’), E. Vella (G. Azzopardi 11’), A. Carabott, J. Castano (R. Spiteri 85’), D. Albanese, B. Farrugia, N. Tabone, A. Farrugia.

Referee: Stefan Pace

F’logħba mill-iktar missielta u bilanċjata Żejtun taw l-ewwel telfa tal-istaġun lil Sant Lucia biex komplew kabbru l-isperanzi tagħhom li jisfidaw tal-inqas għat-tielet post fil-klassifika. Kient logħba ferm kumbattuta iżda bi ftit azzjonijiet ta’ skor, logħba li kienet deċiża b’penalty ta’ Castano eżatt qabel intemmet l-ewwel taqsima.

Żejtun resqu viċin fl-ewwel minuti meta minn azzjoni ta’ korner, kien hemm id-daqqa ta’ ras ta’ Castano li kienet salvata minn fuq il-linja minn Vukovic.

Minuta mill-intervall waslet l-azzjoni tal-penalty meta l-gowlkiper Caruana ma kkontrollax tajjeb il-ballun, daħal bħal sajjetta fuqu Brooke Farrugia li kien imwaqqa’ mill-istess gowlkiper, biex mill-11-il metru kien JOHAN CASTANO li skorja t-12-il gowl tiegħu tal-istaġun.

It-tieni taqsima bdiet b’daqqa ta’ ras ta’ Teiexeira Maia tgħaddi ftit għoli. Il-kumplament tal-logħba kien missieleta b’Santa Lucia jersqu qrib b’xutt ta’ Suda u Żejtun b’daqqa ta’ takkuna ta’ Castano li kienet salvata minn Caruana. Fl-aħħar mumenti tal-logħba saħnu xi ftit l-irjus fejn Brooke Farrugia ntwera wkoll karta ħamra diretta, biex Żejtun temmew il-logħba b’għaxar plejers.