Lokali

Arrestati wara sejba droga

Erba’ rġiel, wieħed minnhom ta’ nazzjonalità Taljana u tfajla – li l-età tagħħhom tvarja bejn is-17 u s-36 sena ġew arrestati wara ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Il-każ seħħ tul il-lejl li għadda  hekk kif il-barrani gie arrestat fi stabbiliment tad-divertiment f’Paceville filwaqt li t-tfajla u t-tlett irġiel l-oħra ġew arerstati minn stabbiliment tad-divertiment fiż-Żurrieq. Huma nstabu fil-pussess ta’ droga kokaina u ħaxixa.

L-arrestati mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.