Internazzjonali Knisja

L-ewwel żjara ta’ Papa f’penisola Għarbija

Il-Papa Franġisku mistenni jibda żjara storika fl-Emirati Għarab Magħquda aktar tard illum.

Il-Papa kien mistieden mill-Prinċep ta’ Abu Dhabi Sheikh Mohammed bin Zayed al-Nahyan sabiex jieħu sehem f’konferenza dwar reliġjonijiet differenti. Din hija l-ewwel żjara ta’ Papa fil-penisola Għarbija li matulha se jkun qed jikkonċelebra quddies nhar it-Tlieta li mistenni jattendu għaliha mal-120,000 persuna.

Din iż-żjara mistennija tkun segwita għal kwalunkwe referenza għall-gwerra fil-Yemen.

Il-Papa Franġisku kkundanna l-kunflitt li fih huma involuti l-Emirati Għarab Magħquda. Is-sena l-oħra appella lill-komunità internazzjonali sabiex jevitaw milli jkompli jagħmlu s-sitwazzjoni umanitarja traġika agħar fil-pajjiż tal-Yemen.

Din iż-żjara qed issir fis-“Sena tat-Tolleranza” u ssaħħaħ il-karatteristika ta’ inklussività li t-tolleranza mhix xi ħaġa passiva imma rridu naħdmu għaliha kontinwament.