Lokali

L-Istati Uniti kkonċernati dwar ir-rabtiet bejn Malta u l-Huawei

Il-Gvern Malti jonqos milli jagħti l-informazzjoni mitluba.

L-Istati Uniti għandhom tħassib serju fil-Gvern Malti wara pjanijiet ta’ kollaborazzjoni mal-kumpannija Ċiniża Huawei f’pajjiżna.

Fi storja f’The Sunday Times of Malta ntqal li aġenziji fl-Istati Uniti ġabu numru ta’ informazzjoni tul is-snin li jindikaw li din il-kumpannija tpoġġi theddida għas-sigurtà, u din l-istess kumpannija għamlet laqgħat ma’ numru ta’ uffiċjali għolja mill-Gvern Malti biex ikun hemm taħdid ta’ informazzjoni. Żgur dan iqajjem tħassib.

Kien minħabba l-mara ta’ Konrad Mizzi, Sai Mizzi Liang li Huawei daħlet f’dan il-kuntratt ma’ Malta biex tkun tista’ tesplora t-teknoloġoja tagħha f’pajjiżna.

L-Amerikani qalu li f’laqgħat li saru riċentament ma’ Maltin oħra, huma urew din l-informazzjoni fuq il-kumpannija Huawei lill-awtoritajiet Maltin, biex jifmhu aħjar ma’ xiex qiegħdin jitħadtu.

Malta għandha ftehim biex din l-istess kumpannija tkun tista’ twettaq xi testijiet fil-gżejjer Maltin għall-5G. Madanakollu din l-istess kumpanija Ċiniża qiegħda taħt il-ħarsien ta’ numru ta’ gvernijiet minn madwar id-dinja, wara biżgħat li din qed tuża t-teknoloġija tagħha għal spjunaġġ. Infatti fl-aħħar ġimgħa Huawei kienet imħarrka fl-Istati Uniti wara li kisret s-sanzjonijiet fuq l-Iran.

Kelliema qalu li l-Istati Uniti taf ma taħsibhiex darbtejn li tieħu azzjonijiet diplomatiċi jew miżuri oħra fil-konfront ta’ Malta, jekk se tkompli tikkolabora mal-Huawei. Kien minħabba l-mara ta’ Konrad Mizzi, Sai Mizzi Liang li Huawei daħlet f’dan il-kuntratt ma’ Malta biex tkun tista’ tesplora t-teknoloġoja tagħha f’pajjiżna.

Sorsi qalu li l-Gvern naqqas milli jagħti aktar informazzjoni u dettalji fuq il-kollaborazzjoni li hemm bejn il-Gvern Malti u din l-entità.