Ħidma favur in-nies
“Nibqgħu naħdmu għall-Kapitali u l-Beltin kollha” – Christian Micallef, Sindku tal-Belt Valletta
Is-Sindku tal-Belt Valleta Christian Micallef tul id-diskussjoni politika fiċ-ċentru tal-AŻAD fil-Belt Valletta fejn fakkar kif il-Belt Valletta dejjam rat ġid mill-Partit Nazzjonalista
Micallef qal li l-ħidma tal-Partit fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta dejjem kienet waħda, għall-ġid tal-Kapitali u l-ġid tal-Beltin. Huwa sostna li l-ħidma tal-Partit Nazzjonalista se tibqa’ tħares lill-Beltin kollha. Fost l-oħrajn ħares lura lejn il-ħidma li saret, fost l-oħrajn taħt l-eks Sindku Alexei Dingli.
Fakkar li kien il-Partit Nazzjinalista ħadem biex il-Belt Kapitali tkun il-Belt Kapitali tal-Kultura fis-sena 2018. Huwa qal li għadna ngawdu l-frott ta’ dan is-suċċess sal-lum il-ġurnata.
Huwa għalaq billi qal li l-PN se jibqa’ jkun tal-Beltin kollha, u li hu se jibqa’ jservi b’onestà u lealtà lejn il-Belt Valletta u l-Beltin.
Direttiva li tħares il-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol – l-MEP David Casa
Il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa min-naħa tiegħu tkellem fuq id-Direttiva li ħadem bis-sħiħ huwa fuqha ta’ bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol. Diversi drittijiet ġodda għall-familji u l-ħaddiema fejn din id-direttiva se tagħti lill-ġenituri numru ta’ drittijiet ġodda li jgawdu ferm aktar it-tarbija tagħha li tkun għadha kemm twieldet.
Fost l-oħrajn se jiġu mħarsa d-drittijiet tal-ħaddiema li jieħdu ħsieb lill-ġenituri tagħhom u kif ukoll permezz ta’ din id-Direttiva il-ġenituri issa se jitħallsu fejn xahrejn mill-4 xhur ta’ maternity/paternity leave se jkunu mħallsa. Jiġifieri xahrejn leave mħallas għall-missirijiet u xahrejn leave mħallas għall-ommijiet.
Casa fost l-oħrajn għamel referenza għall-isforz tal-Kap tal-PN Adrian Delia fl-isforzi kollha biex jipproteġi u jġib lura l-isptarijiet pubbliċi li nbiegħu lill-privat.
Il-PN se jibqa’ jaħdem favur il-ħajja – Carm Mifsud Bonnici
Intant f’Jum il-Ħajja d-Deputat Carm Mifsud Bonnici tkellem favur il-ħajja fejn qal li l-PN minn dejjem kien u se jibqa’ favur il-ħajja, mill-bidu sat-tmien. Huwa għalaq billi għalaq li l-PN huwa l-aqwa għażla għall-poplu Malti fl-elezzjoni ta’ Mejju li ġej, fejn ir-riżulati waħedhom juru kif il-PN ħadem f’kull settur biex iġib lil Malta aktar u aktar fuq quddiem.
//= $special ?>