Futbol Sport

Tonci Stipanovic u Gianluca Dingli fis-17-il programm Sport Extra

Illum mis-6.05pm ‘l quddiem jixxandar is-17-il programm Sport Extra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Fl-ewwel parti tal-programm, il-mistieden hu s-sewwieq ewlieni tal-karting f’pajjiżna Gianluca Dingli, li f’intervista ma’ Charles Camenzuli mhux biss ta ħarsa lejn dak li wettaq matul is-sena li għaddiet iżda wkoll għall-isfidi li għandu fl-Italja għall-istaġun 2019.

Fit-tieni parti, intervista esklussiva ma’ Tonci Stipanovic tal-Kroazja li fl-Olimpjadi ta’ Rio fl-2016 kiseb il-midalja tal-fidda fl-ibburdjar. Din il-midalja kienet l-ewwel għall-Kroazja fl-ibburdjar. Fl-intervista, Stipanovic jagħti wkoll ħjiel dwar il-preparazzjoni tiegħu għall-Olimpjadi ta’ Tokyo fl-2020.

Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati ttieħdu minn Joe Sultana.