Ajruplan tal-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta, li għall-ħabta tat-3.35pm kellu jasal f’pajjiżna minn Heathrow, għall-ħabta tas-2pm bidel ir-rotta u niżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Ġinevra wara li kienet irrappurtata “Medical Emergency”.
Fil-fatt, appena kienet rappurtata din is-sitwazzjoni, il-piloti abbord l-ajruplan KM101 dawwru r-rotta lejn Ġinevra għal inżul ta’ emerġenza. Aktarx li t-titjira kienet mimlija b’Maltin u turisti, hekk kif din it-titjira hi popolari ħafna bejn iż-żewġ naħat.
S’issa għad m’hemmx informazzjoni dwar min kellu bżonn l-għajnuna medika biex kienet irrappurtata l-“Medical Emergency”, bl-ajruplan waqaf fl-Ajruport ta’ Ġinevra għal ftit anqas minn sagħtejn qabel ma t-titjira ntemmet f’pajjiżna għall-ħabta tal-5.15pm.
//= $special ?>