Internazzjonali Lokali

Il-PN jawgura lill-President il-ġdid tal-El Salvador

Il-Partit Nazzjonalista feraħ lill-President il-ġdid tal-El Salvator Nayib Bukele, li ġie elett b’maġġoranza ta’ 54% f’elezzjonijiet ħielsa.

Dan permezz ta’ stqarrija t-Tnejn filgħaxija mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Mifsud Bonnici, u s-Segretarja Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista, Roselyn Borg Knight.

Bukele huwa President żagħżugħ f’art il-qaddis martri San Oscar Romero, li ġie elett biex jeradika l-korruzzjoni u l-kriminalità.

Il-Partit Nazzjonalista awguralu l-ħidma t-tajba għax il-korruzzjoni hija xkiel għal soċjetà demokratika u progressiva.